Works by Jennings Falzon exhibited in Bulgaria

Promoting culture and the arts outside our shores

By admin | Uncategorized | No Comments

Following an undertaking by the Mayor and Councillors, three Naxxar artists, Charles Attard, Jennings Falzon and Louise Mallia, exhibited works of art in Strumyani Bulgaria during the International Folklore Festival held annually in October.

Present for the opening of the exhibition, were the Maltese Ambassador to Greece, His Excellency Mr. Joseph Cuschieri and the Maltese Ambassador to Bulgaria, His Excellency Prof. Lino Bianco, Bulgarian ambassadors, Members of Bulgarian Parliament and other distinguished guests.

These works of art were received with comments of approval and praise for the level of the art exhibited. This event was also transmitted on Bulgarian television stations during which the Naxxar Mayor Anne Marie Muscat Fenech Adami was also interviewed

When we spoke to the mayor, she said: “We wanted to offer the opportunity to a number of artists from Naxxar and that is why we brought with us three artists who exhibited their art and sculptures  in Bulgaria. I believe Naxxar has plenty of very capable artists and the  commitment of the Council  that I head,  is to offer all assistance to these same artists to continue to develop their artistic talents.”


Il-Kunsill jippromwovi l-kultura u l-arti barra minn xtuna

Il-ħidma tas-Sindku u l-Kunsillieri, wasslet biex tliet artisti Naxxarin, Charles Attard, Jennings Falzon u Louise Mallia, tellgħu xogħlijiet tal-arti fi Strumyani l-Bulgarija waqt il-Festival Internazzjonali tal-Folklore li jsir kull sena f’Ottubru.

Għall-ftuħ tal-wirja kien hemm preżenti l-Ambaxxatur Malti għall-Greċja, l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Joseph Cuschieri kif ukoll l-Ambaxxatur Malti għall-Bulgarija, l-Eċċellenza Tiegħu Prof. Lino Bianco, Ambaxxaturi Bulgari, Membri Parlamentari u mistednin distinti oħra.

Dawn ix-xogħlijiet artistiċi ntlaqgħu b’kummenti sbieħ u ta’ tifħir għal-livell ta’ arti esebita. Dan l-avveniment kien ukoll trasmess fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni Bulgari fejn kienet anki intervistata s-Sindku tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami.

Meta tkellimna mas-Sindku, hija qalet: “Ridna noffru l-opportunità lil numru ta’ artisti Naxxarin u kien għalhekk li tellajna magħna tliet artisti li esebixxew l-iskulturi u l-arti tagħhom fil-Bulgarija. Nemmen li n-Naxxar għandu numru kbir ta’ artisti kapaċi ħafna u l-impenn tal-Kunsill li jiena mmexxi huwa li noffru kull għajnuna biex dawn l-istess artisti jkomplu jiżviluppaw it-talenti artistiċi tagħhom.”

 

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

OLYMPUS DIGITAL CAMERA