Stedina - Invite

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Kunsill – 2019-2024

By admin | Uncategorized | One Comment

The Naxxar Local Council has opened up a public consultation on the Work Plan for the next five years covering years 2019 to 2024.

Through the latest amendments in the Local Government legislation, Local Councils are now obliged to call a public meeting in the first quarter of the legislature so that residents have the opportunity to voice their opinions.

This meeting should have taken place within the prescribed period but due to circumstances beyond its control, the Council agreed to postpone this meeting for a little more than a fortnight.

The meeting will now be held on Friday 18th October at 7: 30pm in the Council Hall, but the Council felt that residents should be able to participate more and hence, apart from this statutory meeting,  has also chosen to organise an exhibition to be held at the Council building between the 14th and 25th October as well as to publish the draft plan beforehand.

Thus the public can access this draft plan below:

Draft Plan

The Council wishes to have the greatest possible attendance at the meeting but those who cannot attend can forward their proposals via email to  naxxar.lc@gov.mt.

Work Plan
The notice sent to all households.

——

Il-Kunsill Lokali In-Naxxar fetaħ konsultazzjoni fuq il-Pjan ta’ Ħidma għall-ħames snin li ġejjin li jkopru l-2019 sal-2024.

Permezz tal-aħħar emendi fil-liġi tal-Gvern Lokali, il-Kunsilli Lokali għandhom l-obbligu li jsejħu laqgħa pubblika fl-ewwel tliet xhur tal-leġiżlatura biex ir-residenti jkollhom l-opportunità li jsemmgħu leħinhom.

Din il-laqgħa kellha ssir fiż-żmien preskritt iżda minħabba ċirkostanzi li ma kellux kontroll fuqhom, il-Kunsill qabel li jipposponi din il-laqgħa bi ftit aktar minn ġimgħatejn.

Il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru fis-7:30pm fis-Sala tal-Kunsill iżda l-Kunsill ħass li r-residenti għandhom ikunu aktar parteċipi u għalhekk, apparti din il-laqgħa statutorja, għażel li jorganizza wkoll wirja fil-bini tal-Kunsill bejn l-14 u l-25 ta’ Ottubru kif ukoll li jippubblika l-abbozz tal-Pjan minn qabel.

Għalhekk il-pubbliku jista’ jaċċessa dan l-abbozz tal-Pjan hawn taħt:

Abbozz tal-Pjan

Hija x-xewqa tal-Kunsill li jkollu l-akbar attendenza possibbli għal-laqgħa iżda dawk li ma jistgħux jattendu jistgħu iwasslu l-proposti tagħhom permezz tal-email naxxar.lc@gov.mt.