Naxxar in Europe – Solidarity for Heritage project

By admin | Uncategorized | No Comments

The work of the Council does not only include infrastructure projects and services. There are several other areas that are of great benefit to the community and which go beyond the routine infrastructure projects and services.

To this end the Council always seeks to apply for European funded projects to join foreign local councils and organizations in order to obtain and share new experiences. For these projects the council is ever seeing to involving the community directly through the involvement of local organizations.

After the success obtained by the Authentic Europe Network project, which focused on local tourism in those places not included on the tourist map, the Council successfully applied for the Solidarity for Heritage project (S4H). This is a project undertaken together with the Local Councils of Strumyani (Bulgaria), Caltanisetta (Sicily), Agia (Greece), Novo Mesto (Slovenia) and EUNI Partners organization in Bulgaria.

The S4H project focuses on voluntary work to strengthen the local heritage. For this reason the Council immediately and fully involved the  Għaqda Kulturali Wirt Naxxari which always had a large participatory representation at each visit we had. For the latest visit the Council also involved the Band Clubs.

These are projects from which we learn much from each other’s experiences, discuss together and finally issue a document with recommendations which will benefit others as well.

This project is co-funded by Europe under the Europe for Citizens program.


Ħidma fl-Ewropa – il-proġett Solidarity for Heritage

Il-ħidma tal-Kunsill ma tinkludix biss proġetti infrastrutturali u servizzi. Hemm diversi oqsma oħra li huma ta’ benefiċċju kbir għall-komunità u li jmorru ’l hinn mis-servizzi ta’ rutina u infrastruttura.

Għal dan il-għan il-Kunsill dejjem ifittex li japplika għal proġetti b’fondi Ewropej biex jingħaqad ma’ Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet barranin biex jikseb u jaqsam esperjenzi ġodda. F’dawn il-proġetti dejjem jara li jinvolvi wkoll b’mod dirett lill-komunità permezz tal-involviment tal-organizzazzjonijiet lokali.

Wara s-suċċess li kiseb il-proġett Authentic Europe Network, li kien jiffoka fuq turiżmu lokali f’dawk il-postijiet li mhux inklużi fuq il-mappa turistika, il-Kunsill applika b’suċċess għall-proġett Solidarity for Heritage (S4H). Dan huwa proġett flimkien mal-Kunsilli Lokali ta’ Strumyani (Bulgarija), Caltanisetta (Sqallija), Agia (Greċja), Novo Mesto (Slovenia) u l-organizzazzjoni EUNI Partners fil-Bulgarija.

Il-proġett S4H jiffoka fuq il-ħidma volontarja biex jissaħħaħ il-wirt u l-patrimonju lokali. Kien għalhekk li l-Kunsill immedjatament involva bis-sħiħ lill-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari li dejjem kellhom rappreżentanza parteċipattiva mmens f’kull żjara li kellna. Fl-aħħar żjara l-Kunsill involva wkoll lill-każini tal-baned.

Dawn huma proġetti li minnhom nitgħallmu ħafna mill-esperjenzi ta’ xulxin, niddiskutu flimkien u finalment noħorġu dokument bir-rakkomandazzjonijiet li minnu jibbenefika ħaddieħor ukoll.

Dan il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Ewropa taħt il-programm Europe for Citizens.

S4H1

S4H2

S4H3

S4H5

 

 

OLYMPUS DIGITAL CAMERA
OLYMPUS DIGITAL CAMERA

S4H (11)

45101149_10160106214328504_8949485240858968064_n