Installation of decorative lamps in the village core

By admin | Uncategorized | No Comments

Installation of decorative lamps in the village core

In the last week of April 2019, the Council installed 64 new lanterns in Triq Santa Lucija and the alleys at a cost of Eur95,000.

This project was conceived and approved by the Council about a year and a half ago and therefore discussions with the Council engineers began immediately in order to determine the type and amount of required lamps. This involved selecting the desired design by the Council and a lighting simulation by a dedicated computer programme to ensure that there are no so-called black spots.

After, it was necessary to prepare the details for the specifications in order to be able to publish a call for tenders. The call itself and the evaluation process is a procedure that the Council must follow and takes several months to conclude.

Once the Council had the prices and the offer selected, it could allocate the necessary funds and order the work.

This is the first phase of a larger and much more complex project that includes the removal of all the wires hanging in the street. But this project involves a great deal of coordination with other entities as well as consultation with the residents.

It is good to note that the Council has already allocated funds to install similar lamps in Triq il-Markiż Scicluna, and that the process to install similar lights in Triq Castro and a number of alleys as well as the centre of San Pawl tat-Tarġa has already started with the engineers.


Tisbiħ fiċ-ċentru installazzjoni ta’ fanali dekorattivi

Fl-aħħar ġimgħa ta’ April 2019, il-Kunsill installa 64 fanal ġdid fi Triq Santa Luċija u fl-isqaqien bi spiża ta’ Eur95,000.

Dan huwa proġett li kien maħsub u approvat mill-Kunsill madwar sena u nofs ilu u kien għalhekk li mill-ewwel bdew id-diskussjonijiet mal-inġinier tal-Kunsill biex ikun stabbilit it-tip u l-ammont ta’ fanali meħtieġa. Dan kien jinvolvi l-għażla tad-disinn mixtieq mill-Kunsill u simulazzjoni tad-dwal permezz ta’ programmi apposta tal-kompjuter biex ikun żgurat li ma jkunx hemm dawk imsejħa black-spots.

Wara dan kien meħtieġ il-preparazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet kollha fid-dettall biex tkun tista’ tiġi ppubblikata s-sejħa tal-offerti. Is-sejħa nnifisha u l-proċess tal-evalwazzjoni hija proċedura li l-Kunsill bilfors irid isegwi u li tieħu numru ta’ xhur biex tkun konkluża.

Ladarba l-Kunsill kellu f’idejh il-prezzijiet kollha u l-għażla tal-offerta, seta’ jalloka l-fondi meħtieġa u jordna x-xogħol.

Sakemm qed ikun ipprepat dan il-fuljett għad fadal numru ta’ fanali mitfija. Dan minħabba li tkun meħtieġa applikazzjoni għal kull fanal ġdid biex jinxtegħlu mill-Enemalta.

Din hija l-ewwel fażi minn proġett ikbar u ħafna aktar kompless li jinkludi t-tneħħija tal-wajers kollha mdendlin fit-triq. Però dan huwa proġett li jinvolvi ammont kbir ta’ kordinazzjoni mal-entitajiet kif ukoll konsultazzjoni mar-residenti.

Tajjeb insemmu li l-Kunsill diġà alloka fondi biex jinstalla fanali simili fi Triq il-Markiż Scicluna filwaqt li beda l-proċess mal-inġiniera biex jinstalla dawl ieħor simili fi Triq Castro u numru ta’ sqaqien oħra, inkluż iċ-ċentru ta’ San Pawl tat-Tarġa.

 

Fanali Sta Lucija (1)

Fanali Sta Lucija (2)

Fanali Sta Lucija (3)