Cat Kennels

An initiative in favour of cats

By admin | Uncategorized | No Comments

With the aim of not leaving anybody out, the Local Council has in recent weeks carried out another new initiative, this time for animals, aimed at stray cats.

Following contact with catfeeders, the mayor made arrangements with the pet shop ZooMangi , who kindly agreed to sponsor 10 kennels for stray cats roaming the streets. These kennels have been placed in the areas where there are cat colonies. In this way cats will have shelter and not have to look elsewhere such as private areas. Consequently therefore, while helping the cats, the Council is working towards reducing inconvenience to residents of the same area.


Kunsill li jaħseb f’kulħadd inizjattiva favur il-qtates

Bil-ħsieb li ma jinsa lil ħadd, il-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li għaddew wettaq inizjattiva oħra ġdida, din id-darba favur l-annimali, immirata lejn il-qtates li jiġġerrew fit-toroq.

Wara kuntatti mal-persuni li jitimgħu l-qtates, is-Sindku għamlet arranġamenti mal-ħanut ZooMangi, li ġentilment għoġbu jisponsorja 10 kennels għall-qtates li jiġġerrew barra. Dawn il-kennels ġew impoġġija f’postijiet fejn hemm kolonji ta’ qtates. B’dan il-mod il-qtates ikollhom post fejn jistkennu u allura ma jkollhomx għalfejn ifittxu postijiet oħra inkluż dawk privati. B’dan il-mod għalhekk, filwaqt li qed jgħin lill-qtates, il-Kunsill qiegħed jaħdem biex inaqqas l-inkonvenjent lill-istess residenti tal-inħawi.

 

Cat feeders (2)

Cat Kennels (1)

Cat Kennels 2