Inawgurazzjoni tal-bandli u l-ground tal-futbol fi Ġnien Toni Vella

Inauguration of Ġnien Toni Vella

By admin | Uncategorized | No Comments

On the 31st July 2018, the Mayor and Councillors inaugurated the renovation of the swings in Ġnien Toni Vella. This project involved a large amount of work, including replacement of all the flooring, new equipment, and renovation of existing equipment, removal of the stone fence and installation of new railings.

The lighting which was there previously was exchanged with new and more effective lighting after a call for tenders was issued by the Council.

It also included a total renovation of the football field with the removal of the timber fencing, new artificial turf according to modern standards, netting to prevent balls from going out onto the street as well as new goalposts.

After the blessing by Archpriest Fr David Gauci, a football match was organised between a number of Naxxar footballers and the Councillors.

During her speech, the Mayor, Anne Marie Muscat Fenech Adami, stated that the Council will continue to keep this playground running and in good condition by regular maintenance and even by means of new equipment. Indeed, since it was inaugurated, new equipment has been installed and cleaning of the equipment has also been done several times.


Jiġi inawgurat ir-rinovazzjoni ta’ Ġnien Toni Vella

Fil-31 ta’ Lulju, is-Sindku u l-Kunsillieri inawguraw ir-rinovazzjoni tal-bandli fi Ġnien Toni Vella. Dan kien proġett li involva ammont kbir ta’ xogħlijiet, inkluż tibdil tal-art kollha, apparat ġdid, rinovazzjoni ta’ apparat eżistenti, tneħħija taċ-ċint tal-ġebel u installazzjoni ta’ railings ġodda.

Id-dwal li kien hemm qabel ġew mibdula ma’ dwal ġodda u aktar effettivi wara li l-Kunsill kellu joħroġ sejħa għall-offerti.

Kien jinkludi wkoll rinovazzjoni totali tal-grawnd tal-futbol bit-tneħħija tad-dawra tal-injam, ħaxix artifiċjali ġdid u skont standards moderni, xibka biex ma joħroġx il-ballun fit-triq u lasti ġodda.

Wara t-tberik tal-bandli mill-arċipriet Dun David Gauci, kienet organizzata logħba futbol bejn numru ta’ plejers tan-Naxxar u l-Kunsillieri.

F’kelmtejn li għamlet, is-Sindku, Anne Marie Muscat Fenech Adami, sostniet li l-Kunsill irid ikompli jżomm dan il-ġnien ħaj u f’kundizzjoni tajba kemm billi ssir il-manutenzjoni regolari u anki permezz ta’ apparat ġdid. Infatti, sa minn meta ġie inawgurat laħaq twaħħal apparat addizzjonali ġdid u sar diversi ħasil tal-bandli.

Inawgurazzjoni tal-bandli fi Ġnien Toni Vella
Inawgurazzjoni tal-bandli fi Ġnien Toni Vella

Inawgurazzjoni bandli2 (2)Inawgurazzjoni Bandli (1)Inawgurazzjoni Bandli (2)Inawgurazzjoni Bandli (3)Inawgurazzjoni Bandli (9)