Christmas in Naxxar – 2018

By admin | Uncategorized | No Comments

Last year’s annual Christmas activity had a different perspective  as the Council decided  to organize the whole activity in only a part of the main square and in Triq Santa Lucija, and to organize it closer to Christmas Day. In fact it was held on the 22nd and the 23rd of December.

This year the activity was more focused on Maltese Christmas traditions and thus it was made more interesting and unique for these kind of activities around Malta.

One unique attraction was a new set of stalls created by young Naxxar  artist Jennings Falzon.

We state with satisfaction that the attendance of the public was a very good one (more than expected) and we warmly thank the musical societies, business owners and residents of Triq Santa Lucija for their cooperation and great enthusiasm shown for this activity.


Milied Malti fin-Naxxar

L-attività annwali tal-Milied li għaddiet ħadet żvolta differenti hekk kif il-Kunsill ħa d-deċiżjoni li jorganizza l-attività kollha kemm hi f’parti biss mill-pjazza u fi Triq Santa Luċija u li jorganizzaha aktar qrib il-Milied. Infatti din saret fit-22 u t-23 ta’ Diċembru.

Din is-sena l-attività kienet iffukata aktar fuq tradizzjonijiet Maltin tal-Milied u għalhekk għamlitha aktar interessanti u unika għal dawn it-tip ta’ attivitajiet madwar Malta.

Attrazzjoni unika kienet sett ġdid ta’ stalls maħduma mill-artist żagħżugħ Naxxari Jennings Falzon.

Sodisfatti ngħidu li l-konkorrenza tal-pubbliku kienet waħda tajba ħafna (aktar milli mistenni) u minn qalbna nirringrazzjaw lis-soċjetajiet mużikali, lis-sidien tan-negozji u r-residenti ta’ Triq Santa Luċija tal-koperazzjoni kbira tagħhom u l-entużjażmu li wrew għal din l-attività.