Ministeri importanti għal Deputati Naxxarin

By admin | Uncategorized | No Comments

Tnejn mill-aktar Ministeri importanti għall-pajjiż ġew fdati f’idejn żewġ Deputati Naxxarin.

Hekk kif il-bieraħ il-Prim Ministru ħabbar il-Kabinett il-ġdid tiegħu għal din il-leġiżlatura, l-Professur Edward Scicluna kien ikkonfermat Ministru tal-Finanzi filwaqt li t-Tabib Michael Farrugia ngħata r-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà.

Dawn tista’ tgħid li huma tnejn mill-aktar Ministeri importanti f’kull Kabinett.

Minn hawn nawguraw kull suċċess lill-Prof Scicluna u lit-Tabib Farrugia fir-responsabbiltajiet tagħhom.