Aktar xogħlijiet ta’ bankini

By admin | Uncategorized | One Comment

Il-Kunsill Lokali Naxxar qed ikompli għaddej b’xogħlijiet ta’ bankini fi Triq l-Imħalla u Vjal il-21 ta’ Settembru.

Fir-rigward tal-aħħar il-Kunsill qiegħed itejjeb is-sitwazzjoni taż-zebra crossing billi jibni build-out biex jiffaċilità l-qsim fl-ewwel parti ta’ Vjal il-21 ta’ Settembru, eżattament quddiem il-ħanut Pizza Planet.

Apparti li jżid l-aċċessibilità, l-Kunsill qiegħed jittama li jnaqqas il-possibiltà li vetturi jimblukkaw l-aċċess tal-qsim.  Jidher li, minkejja l-infurzar, xorta nibqgħu insibu numru kbir ta’ persuni jagħżlu li jinjoraw ir-regolamenti tat-traffiku u jipparkjaw eżatt fuq iż-zebra crossing!  Dan biex ma nsemmux in-nuqqas kbir ta’ rispett lejn il-pedestrian.

Fir-rigward ta’ Triq l-Imħalla l-Kunsill qiegħed ibiddel madwar 80 metru ta’ bankina.